News From Gozochannel
PRESS RELEASE 17/03/2006


Gozo Channel Co. Ltd tirreġistra profit (MIIIT)
Wara snin sħaħ ta’ telf finanzjarju, il-kumpanija Gozo Channel Company Limited din is-sena irreġistrat profitt. Dawn ir-riżultati pożittivi huma frott tad-deċiżjonijiet għaqlin u kurraġġużi li ttieħdu sentejn ilu. Dan qalu l-Ministru Austin Gatt, Ministru ta’ l-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fejn tħabbru r-riżultati finanzjarji għas-sena finanzjarja 2004/05 tal-Gozo Channel Company Limited.


Austin Gatt fakkar kif lejn nofs is-sena 2004 il-Gvern kien ħabbar numru ta’ miżuri li kellhom iwasslu biex il-Gozo Channel issir entità sostenibbli, effiċjenti u ta’ servizz għall-Maltin u l-Għawdxin li jużawha. Illum il-Gozo Channel dawwret l-andament finanzjaru tagħha u tinsab fi triq sostenibbli.


Is-sostenibbiltà finanzjarja tal-Gozo Channel intlaħqet permezz ta’ numru ta’ miżuri, fosthom li l-Gvern qed joħroġ Lm1.5 miljun permezz tal-Public Service Obligation Contract biex il-Gozo Channel taqdi l-obbligu soċjali li l-Gvern għandu lejn ir-residenti ta’ Għawdex. B’hekk inqata’ s-sussidju intern u issa s-sussidju jiġi permezz tal-PSO u hu relatat mal-bżonnijiet t’Għawdex kif ukoll mal-baġit nazzjonali.


Il-Gvern jemmen li la l-Gozo Channel hija kumpanija kummerċjali li trid tkun effiċjenti u b’hekk il-kumpanija ħadmet biex tikseb riżultati konkreti fit-trażżin tal-ħela fl-ispiża amministrattiva. Il-kumpanija sabet ukoll soluzzjonijiet finanzjarji u tekniċi biex tirreaġixxi fil-ħin u b’mod effettiv għal-problemi m’hux mistennija, bħall-isplużjoni fl-ispiża taż-żjut. Bl-introduzzjoni tas-soft starters l-overall fuel bill ma baqax tiela kif kien jiġri kieku ma sar xejn.








- Back To The News Archive