 |
 |
| Press ReleasesFrom Gozochannel |
|
 |
 Azzjoni Industriali Bla Gustifikazzjoni |
14/07/2004 |
14 ta' Lulju 2004
STQARRIJA STAMPA
AZZJONI INDUSTRIJALI BLA ĠUSTIFIKAZZJONI ORDNATA MILL-UĦM FIL-GOZO CHANNEL
Il-UĦM ordnat lill-membri tagħha ma jipprovdux is-servizz tal-ġarr tal-bagalji għat-turisti u l-passiġġieri bejn n-nofsieg]a ta' wara nofs in-nhar u t-tmienja u nofs ta' fil-g]axija. Din hi azzjoni mingħajr ġustifikazzjoni li ser toħloq inkonvenjent għal xejn lit-turisti li jżuru Għawdex fl-aqwa ta’ l-istaġun turistiku.
Il-Union talbet biex jiżdiedu l-ħaddiema li jieħdu ħsieb is-servizzi tal-bagalji bl-iskuża li l-ħaddiema li qed jieħdu ħsieb dan ix-xogħol illum issa fis-sajf għandhom wisq x’jagħmlu.
Il-kumpanija toffri servizz billi żewġ impjegati tagħha fiċ-Ċirkewwa u tnejn fl-Imġarr li jorbtu u j]ollu l-vapuri, jgħabbu l-bagalji f’vettura apposta u mbagħad għal fuq il-vapur u jħottu l-bagalji mal-wasla fid-destinazzjoni tal-vapur.
Mir-records jidher li fil-fatt it-traffiku tal-bagalji żdied bi ftit ħafna u din iż-żieda ma tiġġustifikax l-ispiża li jiżdiedu l-ħaddiema mal-bagalji.
Minħabba l-insistenza tal-UĦM, il-kumpanija iddeċediet li titlob lill-passiġġiera jkunu huma li jqiegħdu l-bagalji tagħhom fil-luggage trolleys ħlief għal passigieri anzjani jew b’diżabilità fejn għandha tibqa’ l-għajnuna ta’ l-impjegati tal-kumpanija. Dan il-bdil fil-proċedura jassigura li l-passiġġieri jinqdew xorta waqt li l-ħaddiema ma jkollhomx għalfejn jgħidu li żdidilhom wisq ix-xogħol.
Minkejja din is-soluzzjoni, il-UĦM ordnat lill-ħaddiema jwaqqfu s-servizz tal-luggage trolleys għas-skapitu tas-servizz li tagħti l-kumpannija lill-klienti tagħha.
Marvic Fenech Adami General Manager - Back
To The Press Releases Archive |
|
|
 |
 |
 |
 |
|
|
|