 |
 |
| Press ReleasesFrom Gozochannel |
|
 |
 Press Release - Stqarrija għall-Istampa |
12/01/2009 |
13,000 passiġġier jaqsmu l-fliegu lbieraħ fl-okkażjoni taċ-Ċelebrazzjonijiet tat-30 Sena Anniversarju tal-Gozo Channel
L-attivitajiet organizzati fl-okkażjoni tat-30 sena anniversarju tal-Gozo Channel kienu suċċess kbir hekk kif kważi 13,000 passiġġier qasmu l-fliegu lbieraħ il-11 ta’ Jannar 2009. Fil-Ħadd ekwivalenti tas-sena li għaddiet, (13 ta’ Jannar 2008), kienu qasmu bejn il-gżejjer 7,724 passiġġier. B’hekk din l-attività, fejn il-passiġġieri kollha setgħu jaqsmu mingħajr ħlas, fissret li kien hemm żieda ta’ 77% fin-numru ta’ passiġġieri li qasmu bejn il-gżejjer.
Dan ir-riżultat kien rifless anke fid-differenza fin-numru ta’ vetturi fejn ilbieraħ qasmu 3,212-il vettura meta mqabbla ma’ 2,291 s-sena li għaddiet.
F’din l-okkażjoni kien hemm ukoll programm ta’ intratteniment kontinwu b’numru ta’ kantanti popolari, logħob, żfin u maġija għat-tfal. Il-passiġġieri kellhom ukoll l-opportunità jduru mal-vapur Ta’ Pinu fejn fost l-oħrajn ingħataw aċċess għall-bridge kif ukoll għall-engine room ta’ din il-kamra.
- Back
To The Press Releases Archive |
|
|
 |
 |
 |
 |
|
|
|